Monday, October 20, 2025

Żebbuġ Boċċi Club jirbħu ċ-Charity Cup tal-Ewwel Diviżjoni

Aqra wkoll

Żebbuġ Boċċi Club rebħu ċ-Charity Cup tal-Ewwel Diviżjoni wara li għelbu lil Għaxaq Boċċi Club 22-17 fil-finali li saret fil-pitch ta’ Buġibba.

Żebbuġ bdew tajjeb fil-logħba wieħed kontra wieħed hekk kif Joseph Tabone għeleb lil Noel Axiaq 11-3. Min-naħa tagħhom, Għaxaq irkupraw sew fil-logħba tnejn kontra tnejn hekk kif il-koppja Emanuel Spiteri (garatur) u Michael Buhagiar (fendatur) għelbu lil Paul Vassallo (garatur) u Chris Mallia (fendatur) 11-0.

Fil-logħba tlieta kontra tlieta, it-trio ta’ Żebbuġ Joseph Tabone, Paul Vassallo u Chris Mallia rebħu lil Emmanuel Spiteri, Noel Axiaq u Michael Buhagiar 11-3.

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Federazzjoni Klabb tal-Boċċi CJ Saliba ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Żebbuġ Joseph Tabone.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport