Monday, November 17, 2025

Żebbuġ Boċċi Club jirbħu l-finali tat-tnejn kontra tnejn

Aqra wkoll

Żebbuġ Boċċi Club rebħu il-finali ta’ tnejn kontra tnejn tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi wara li għelbu lil Għaxaq 21-17 fil-pitch tal-Isla.

Kienet logħba bilanċjata biż-żewġ naħat jalternaw il-vantaġġ tagħhom fejn kollox kien għadu inċert sal-aħħar. L-aħħar parti tal-logħba kien hemm aktar preċiżjoni min-naħa ta’ Żebbuġ bil-plejer tagħhom Joseph Tabone li ġab il-punti l-iktar importanti u b’hekk ħadu t-tazza.

Għaxaq kellhom lil Noel Axiaq, Matthew Mizzi u Damien Grima filwaqt li Żebbuġ kienu magħmula minn Chris Mallia u Joseph Tabone.

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi CJ Saliba ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Żebbuġ Joseph Tabone.

Il-finali kienet ikkontrollata minn Dillon Abela assistit minn Redeemer Azzopardi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport