Zebbug R. …….1
Sta Lucia ………0
Wara żewġ telfiet fl-ewwel żewġ logħbiet, it-team promoss ta’ Zebbug Rangers kiseb l-ewwel tliet punti meta għeleb lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 2-0.
Kienet rebħa meritata għat-team ta’ Brian Spiteri li kien l-aħjar matul id-90 minuta. Għal Santa Lucia, din kienet it-tielet telfa minn daqstant partiti.
Għal Żebbuġ, irritorna Leandro Almeida wara li skonta sospensjoni ta’ logħba fejn ħa post Randall Vella. Min-naħa l-oħra, Santa Lucia kellhom bidla waħda mill-aħħar logħba tagħhom hekk kif Diego Francarolli Pacheco ħa post Reon Saito.
Iż-Żebbuġin ħarġu aħjar u, fis-17-il minuta, Lokoli Ngoy falla bi ftit wara cross ta’ Jankovic mil-lemin waqt li, fit-22 minuta, free-kick ta’ Sanchez għadda ftit għoli
Fl-24 minuta, fuq in-naħa l-oħra, Alba kellu corner mix-xellug li ġie mblukkat tajjeb minn Azzopardi. Erba’ minuti wara, Rodrigues Farias tefa’ ftit barra bir-ras wara cross mill-lemin.
Tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Tonna rriskja li jikkommetti auto-goal meta kklerja bir-ras cross mil-lemin bil-ballun fortunatament għalih jispiċċa f’corner. Mill-istess corner ta’ Alba, id-daqqa ta’ ras ta’ Pacheco ġiet salvata minn Azzopardi, megħjun mil-lasta.
Żewġ mintui mill-ftuħ tat-tieni taqsima, ir-Rangers fetħu l-iskor meta minn xutt ‘il fuq tal-goalkeeper Jamie Azzopardi, il-ballun wasal għand CHARLES LOKOLI NGOY li daħal tajjeb bejn id-difensuri ċentrali ta’ Santa Lucia, Michael Johnson u Jurgen Pisani, u b’xutt fil-baxx għeleb lill-goalkeeper tas-Saints.
Fit-62 minuta, xutt djagonali ta’ Stefan Jankovic minn tarf il-kaxxa għadda jħakkek mal-lasta difiża minn Ciappara.
Għalkemm Santa Lucia ppruvaw jippressaw lill-avversarji id-difiża ta’ Żebbuġ bdiet tagħlaq l-ispazji kollha neċessarji.
Minuta mit-tmiem, Santa Lucia appellaw għal penalty meta Pacheco deher jaqa’ fil-kaxxa wara kuntatt mal-goalkeeper ta’ Zebbug iżda r-referee ħalla l-logħob għaddej biex ħames minuti fil-ħin miżjud, Zebbug irduppjaw meta Ngoy għadda l-ballun lejn is-sostitut MIGUEL PEREZ JIMENEZ li, żmarkat, tefa’ ġewwa mill-viċin.
ZEBBUG R.: 1-Jamie Azzopardi, 3-Shaun Bugeja, 4-Leandro Almeida, 6-Wilker Rocha Santos, 7-Yanis Tonna (16-Randall Vella 81), 10-Stefan Jankovic (22-Gaetano Gesualdi 90), 11-Charles Lokoli Ngoy, 15-Roberto Enrique Sanchez, 18-Almir de Jesus Soto Maldonado (8-Ayrton Mizzi 81), 21-Stanimir Miloskovic (9-Miguel Perez Jimenez 81), 23-Kurt Bondin (20-Jordan Sciberras 72)- Coach: Brian Spiteri
STA LUCIA: 12-Dylan Ciappara, 5-Thomas Sebastian Rier (4-Michael Johnson 39), 8-Robert Bairam, 9-Meghon Valpoort (24-Erick Andres Moreno Serna 72), 10-Liam Ayad, 13-Diego Francarolli Pacheco, 14-Dexter Xuereb, 17-Jurgen Pisani, 20-Francisco Rodrigues Farias, 22-Jamie Zerafa (28-Zvi Jie 46), 27-Miguel Angel Alba. – Coach: Pablo Cortes Sanchez
REFEREE: Emanuel Grech
ASS. REFEREES: Duncan Spencer, James Muscat
RABA’ UFF: Slobodan Petrovic
SKORERS: C. Lokoli Ngoy 47, M. Jimenez 95 (ZR)
AMMONIT: M. Valpoort (SL)