Sunday, October 27, 2024

Zebbug Rangers jiksbu s-servizzi tal-Kolumbjan, Almir Maldonado

Aqra wkoll

Zebbug Rangers kisbu s-servizzi tal-midfielder ċentrali Kolumbjan ta’ 27 sena, Almir de Jesús Soto Maldonado.

Almir Soto beda l-karriera tiegħu ma’ Independiente Santa Fe, Fortaleza CEIF, Boyacá Patriotas FC u AD Pasto apparti esperjenza ma’ Nueva Chicago fl-Arġentina.

Ir-Rangers li kkonfermaw lil Brian Spiteri bħala l-coach tagħhom qabel kienu ffirmaw lil Charles Lokolingoy, Ričards Žaldovskis, Leandro Almeida u lill-goalkeeper Miguel Chetcuti mingħand Pietá Hotspurs waqt li estendew il-kuntratti ta’ numru ta’ players li ffurmaw parti mill-iskwadra tagħhom fl-istaġun li għadda, jiġifieri Miguel Perez. Jimenez, Shaun Bugeja, Jamie Azzopardi, Glen Mifsud, Kurt Bondin, Randall Vella, Stanimir Miloskovic, Ayrton Mizzi, Travis Bartolo u Yanis Tonna.

Sport