Thursday, October 10, 2024

Żejtuni arrestat b’rabta ma’ droga

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet biex ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat raġel ta’ 21 sena residenti ż-Żejtun.

Ir-raġel ġie nnutat ġewwa Birżebbuġa jagixxi b’mod suspettuż. Il-Pulizija avviċinat lir-raġel u wara tfittxija, fil-pusses tiegħu nstabu xi qratas b’sustanza bajda suspettata kokaina, ammont ta’ flus u diversi mowbajls.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja filwaqt li r-raġel mistenni jitressaq b’arrest l-Qorti fil-ġranet li ġejjin.

Sport