Friday, December 13, 2024

Zelensky jgħid li fil-mira tar-Russja hemm l-Ewropa kollha

Aqra wkoll

Waqt id-diskors tiegħu tard is-Sibt filgħaxija, il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li l-aggressjoni tar-Russja qatt ma kienet immirata biss għall-Ukrajna iżda qal li l-Ewropa kollha kienet fil-mira.

Zelensky ħeġġeġ lill-Punent biex iwaqqaf l-importazzjoni tal-enerġija mir-Russja u biex iforni lill-Ukrajna b’armi addizzjonali.

Qal li l-użu tal-forza mir-Russja kien “katastrofi li inevitabbilment se tolqot lil kulħadd”.

Zelensky qal li l-Ukrajna hija lesta għal battalja iebsa. Żied jgħid: “Din se tkun battalja iebsa, nemmnu f’din il-ġlieda u r-rebħa tagħna. Aħna lesti li fl-istess ħin niġġieldu u nfittxu modi diplomatiċi biex intemmu din il-gwerra.”

In-negozjatur Ukren Mykhailo Podolyak qal li l-President Zelensky u l-President Russu Vladimir Putin mhux se jiltaqgħu qabel ma r-Russja tkun megħluba fil-Lvant tal-pajjiż.

Intant, ilbieraħ l-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson żar l-Ukrajna u kellu laqgħa mal-President Zelensky fi Kyiv.

Ekonomija

Sport