Monday, November 4, 2024

Zelensky jgħid li l-Ukrajna għandha bżonn aktar żmien biex twettaq l-offensiva tagħha

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li pajjiżu għandu bżonn aktar żmien biex iwettaq il-kontro-offensiva tant mistennija kontra r-Russja, billi l-militar jeħtieġ l-għajnuna mwiegħda mill-Punent. Dan l-attakk mistenni jkun wieħed deċiżiv fil-gwerra, billi jkun hemm tibdil fost dawk li jinsab fuq quddiem, li għal xhur sħaħ baqgħu ma nbidlux.

“B’dak li għandna nistgħu nimxu ‘l quddiem u niksbu suċċess,” qal il-President Ukren fil-kwartieri ġenerali tiegħu fi Kyiv, f’intervista ma’ xandara tas-servizz pubbliku li huma membri tal-Eurovision News bħall-BBC.

Zelensky iddeskriva l-brigati tal-ġlied, li wħud minnhom kienu mħarrġa minn pajjiżi tan-NATO, bħala li huma “lesti” iżda qal li l-armata għadha teħtieġ “xi affarijiet”, inklużi vetturi armati li kienu qed “jaslu fi gruppi”.

Għadu mhux magħruf meta u fejn se sseħħ din l-offensiva tal-Ukrajna. Il-forzi Russi saħħew id-difiżi tagħhom tul il-linja ta’ quddiem li hi twila 1,450km (900 mil), mir-reġjuni tal-Lvant ta’ Luhansk u Donetsk sa Zaporizhzhia u Kherson fin-Nofsinhar.

Fl-aħħar ġimgħat, l-awtoritajiet Ukreni ppruvaw inaqqsu l-aspettattivi ta’ avvanz, kemm pubblikament kif ukoll fil-privat.

Sport