Waqt aġġornament b’rabta mal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li hu stmat li tilfu ħajjithom madwar 1,300 suldat.
Filwaqt li għad m’hemm l-ebda konferma dwar dawn iċ-ċifri, qiegħed ikun rappurtat li fl-istess perjodu tilfu ħajjithom 6,000 suldat Russu.
Zelensky ħabbar dan waqt konferenza minn Kyiv hu u jwieġeb lill-ġurnalisti.
Fuq nota pożittiva, Zelensky qal li bejn 500 u 600 suldat ċedew quddiem il-forzi Ukreni.