Wednesday, February 25, 2026

Zelensky jgħid li pajjiżu grat għall-għajnuna Ewropea

Il-Parlament Ewropew ifakkar l-erba’ snin mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna

Aqra wkoll

F’messaġġ li għamel waqt li indirizza b’mod virtwali lill-membri tal-Parlament Ewropew f’sessjoni plenarja straordinarja fi Brussell, il-President Ukren Volodymyr Zelensky radd ħajr lill-pajjiżi Ewropej għall-għajnuna kontinwa u ma taqta’ xejn li taw u għadhom jagħu lill-Ukrajna waqt il-gwerra mar-Russja. Huwa nsista li pajjiżu se jibqa’ determinat u b’saħħtu meta jiġi mqabbel ukoll kif kien jaħsibha meta bdiet it-theddida. 

Dwar l-għajnuna li pajjiżu qed jirċievi, Zelensky qal li l-pajjiżi Ewropej jimpurtahom il-fatt li l-Ukrajna qed tipprova tilħaq ftehim ta’ paċi dejjiema, anke jekk l-Ukrajna ma kinitx hi li bdiet il-gwerra. 

Il-President Ukren insista fuq il-ħtieġa li l-Ewropa tibqa’ dejjem magħquda għaliex l-Ukrajna għandha bżonn il-garanziji għas-sigurtà biex ukoll ir-Russja ma tkomplix bl-aġir tagħha li jista’ jkompli jinxtered f’inħawi oħra tal-Ewropa. 

Dwar is-self ta’ 90 biljun ewro li l-Unjoni Ewropea se tagħti lill-Ukrajna, Zelensky qal li dan se jgħin biex l-Ukrajna tiffinanzja s-sigurtà tagħha u żżid ir-reżiljenza tagħha. Huwa enfasizza wkoll fuq l-importanza li pajjiżu jirċievi data sa meta se jkunu qed jissieħbu fl-Unjoni Ewropea. 

Zelensky għalaq il-messaġġ tiegħu b’appell sabiex il-pajjiżi Ewropej ikomplu jkunu ta’ sostenn għall-Ukrajna u kif ukoll għad-diplomazija u għall-paċi fl-Ewropa. 

Min-naħa tagħha, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fakkret li meta ltaqgħet għall-ewwel darba ma’ Zelensky xahar wara l-invażjoni Russa, hija kienet wegħditu li l-PE se jkun ta’ appoġġ għall-Ukrajna. “Illum erba’ snin wara dan l-appoġġ għadu hemm. Dan għaliex nafu li jekk inkunu flimkien, Ukrajna u Ewropa, ikunu aktar b’saħħithom,” qalet Metsola. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport