Il-President Ukren, filwaqt li suppost għaddej b’taħditiet tal-paċi mar-rival tiegħu, il-President Russu Vladimir Putin, għadu kemm ġie kkwotat jgħdi li jara li Putin daqt imut.
Dikjrazzjoni bħal din reġgħet żiedet l-ispekulazzjonijiet dwar saħħet il-mexxej Russu. Dawn l-għajdut ilhom jiċċirkolaw minn mindu bdiet il-Gwerra fl-Ukrajna, spekulazzjonijiet li l-Kremlin ċaħad.
Fi kliem mhux daqstant sabiħ dwar Putin, Zelensky qal li, “Putin jibża’ li jitlef il-poter li tiddependi mill-istabbiltà tas-soċjetà imma tiddependi wkoll mill-età tiegħu. Se jmut. Kemm huwa viċin dan il-fatt u dan il-fatt se jwassal biex jieqaf kollox?”