Il-President Ukren Volodymyr Zelensky ħabbar kooperazzjoni akbar mat-Turkija dwar is-sigurtà wara li s-Sibt li għadda ltaqa’ mal-kontroparti tiegħu Recep Tayyip Erdoğan f’Istanbul. Ġie rrapportat ukoll li Erdoğan qal lil Zelensky li t-Turkija se tkompli tappoġġja n-negozjati bejn l-Ukrajna u r-Russja biex itemmu l-gwerra tagħhom.
F’rapporti oħra, wieħed mill-assistenti ta’ Zelensky ġie kkwotat jgħid li l-mibgħuta tal-Istati Uniti Steve Witkoff u Jared Kushner jistgħu jivvjaġġaw lejn Kyiv f’April. Dan fi sforz biex jerġgħu jitqajmu t-taħditiet ta’ paċi mar-Russja li kienu waqfu wara li faqqgħet il-gwerra fil-Golf.

