Saturday, December 21, 2024

Zelensky jitlob l-Iżrael għall-armi u assistenza mill-ajru

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed jindirizza l-parlament Iżraelit, il-President Ukren Zelensky qabbel l-invażjoni Russa fl-Ukrajna mat-Tieni Gwerra Dinjija. Zelensky qal li l-invażjoni mhijiex operazzjoni militari u li l-għan tagħha hu li jinqerdu l-Ukreni, uiedhom, il-familji, l-ibliet, il-kulturi tagħhom u dak kollu li jagħmilhom Ukreni.

Zelensky talab lill-Iżraeliti biex jgħinuhom b’għoti ta’ armi u staqsa għalfejn bħala pajjiż ma ssanzjonax lir-Russi.

Żied jgħid li bħala pajjiż, l-Iżrael għandu l-aqwa difiża fid-dinja mill-ajru u għalhekk jistgħu definittivament jgħinu lill-Ukreni u jsalvaw il-ħajjiet.

“L-għażla tinsab f’idejkom, l-aħwa, u intkom imbagħad għandkom tgħixu skont it-tweġiba tagħkom għal din is-sejħa”, kompla Zelensky.

Ekonomija

Sport