Wednesday, December 25, 2024

Zelensky kontinwament fil-mira tar-Russi… Meqjus bħala simbolu ta’ reżistenza

Aqra wkoll

Skont sorsi infurmati, f’din l-aħħar ġimgħa saru tliet attentati ta’ qtil fuq il-President Ukren Volodmyr Zelensky . Hemm għajdut li mijiet ta’ suldati għadhom f’Kyiv u qed jippjanaw attakk ieħor fuq il-President din il-ġimgħa stess. Infatti, Zelensky stess stqarr pubblikament li huwa jinsab konxju illi huwa l-mira prinċipali tar-Russi, u għalhekk probabbilment se jkun qed jibdel ir-residenza tiegħu b’mod regolari sabiex jevita li r-Russi jiskopru fejn qed jgħix.

Is-segretarju tas-sigurtà nazzjonali u l-Kunsill tad-Difiża Ukrena stqarrew li “Irċivejna informazzjoni mill-FSB, li ma jridux ikomplu jieħdu sehem f’din il-gwerra mdemmija.” Bis-saħħa ta’ dan, il-grupp ta’ Kadyrov li mar biex jelimina lill-President, sfaxxa fix-xejn.

Minkejja l-ostakli li ffaċċja, Zelensky għadu qed imexxi lill-Ukreni biex ikomplu jiddefendu ruħhom f’Kyiv u saħansitra huwa meqjus bħala simbolu ta’ reżistenza.

Ekonomija

Sport