Tuesday, December 24, 2024

Zelensky qiegħed jistenna li jirċievi iktar armamenti

Aqra wkoll

Hekk kif issa l-gwerra ġewwa l-Ukrajna daħlet fil-100 jum tagħha, il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li huwa qiegħed jistenna li jirċievi iktar armi mill-alleati  tal-Kiev u dan wara wegħda ta’ għajnuna min-naħa tal-Istati Uniti. 

Skont Zelensky, ir-Russja għandha l-kontroll ta’ 20% tat-territorju Ukren u fil-preżent l-armata Russa qiegħda tiffoka l-operazzjoni militari tagħha fuq ir-reġjun tad-Donbas li huwa magħmul minn Luhansk u Donetsk. 

Fl-aħħar jiem, ir-Russja akkużat lill-Istati Uniti li qiegħda “titfa’ l-ħatab fuq in-nar” wara li din tal-aħħar qablet li tagħti b’$700 miljun f’armi lill-Ukrajna fosthom sistemi ta’ rokits avvanzati li jistgħu jilħqu distanzi ta’ 80 kilometru. Dwar dan, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li huwa qabel li jagħti din l-għajnuna wara assigurazzjonijiet mill-Ukreni li dawn mhux se jużawhom biex jat­takkaw territorji ġewwa r-Russja. 

F’din il-gwerra eluf ta’ persuni tilfu ħajjithom filwaqt li bliet sħaħ spiċċaw f’ħerba. Apparti hekk huwa kkalkulat li s’issa sitt miljun persuna kellhom jitilqu mill-pajjiż. 

Ekonomija

Sport