Friday, February 7, 2025

Zero Sei jirbħu l-Enemed Women’s Trophy

Aqra wkoll

Zero Sei huma r-rebbieħa tal-Enemed Women’s Trophy wara li fil-finali li saret fil-Padiljun tal-Mediterranean College of Sport għelbu lil Lija Athletic Futsal 4-3.

Kienet finali ferm missielta fejn iż-żewġ naħat taw qalbhom bl-ewwel taqsima tkun waħda bilanċjata hekk kif l-iskor kien 2-2.

Fit-tieni taqsima, Zero Sei ħarġu tajjeb u fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls b’Lija li naqqsu l-marġni tal-iskor lejn l-aħħar u li iżda ma kienx biżżejjed sabiex isalvaw il-logħba.

Andrea Alonso, Elisa Csik, Nicole Espinel u Rocio Robles skorjaw il-gowls ta’ Zero Sei filwaqt li Lija kellhom lil Leanne Micallef tiskorja doppjetta b’Hailey Russell iżżid ieħor.

Fi tmiem il-partita, Karl Loftus, rappreżentant tal-kumpanija Enemed ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ Zero Sei Elisa Czik.

Referees kienu Danilo Francalanza u Andrea Naudi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport