Sunday, December 22, 2024

Żewġ Albaniżi bi ġrieħi gravi wara li sfronda saqaf bihom

Aqra wkoll

Żewġt irġiel Albaniżi ta’ 32 u 26 sena, għal xi t-8.30am, ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu waqt li kienu xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Pietro Floriani, il-Furjana.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta l-irġiel qabżu fuq il-bejt tal-ġirien għal xi materjal li kellhom u sfronda s-saqaf bihom.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdu l-isptar b’ambulanza fejn ġew iċċertifikati li qegħdin isofru minn ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonniċi LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Żewġ ħaddiema l-isptar wara li ċeda saqaf ta’ dar

Żewġ ħaddiema Albaniżi kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tat-8.30am waqgħu 3 sulari fil-Furjana.

Kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li l-ħaddiema kienu qegħdin jagħmlu xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fejn għal xi raġuni kellhom jaċċessaw bejt ta’ residenza biswit is-sit.

Hekk kif telgħu fuq dan il-bejt ċeda x-xorok bil-konsegwenza li waqgħu 3 sulari. Fuq il-post mar tim mediku li ħa lill-ħaddiema l-Isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Ekonomija

Sport