Monday, December 23, 2024

Żewġ anzjani jmutu bil-Covid-19

Aqra wkoll

Żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjana ta’ 82 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjana ta’ 85 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-16 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, appella biex anke matul din il-ġimgħa tal-Milied nibqgħu viġilanti u nsegwu l-miżuri ta’ prevenzjoni.

Ekonomija

Sport