Żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 69 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Novembru, miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjan ta’ 81 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Novembru, miet dalgħodu fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.