Illum, għall-ħabta tas-1.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Gort, San Ġiljan.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 77 sena u mara ta’ 76 sena, it-tnejn residenti Tas-Sliema, intlaqtu minn vann Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 49 residenti ż-Żurrieq.
Il-vittmi ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanzi għall-kura. Aktar tard, it-tnejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.