Saturday, December 14, 2024

Żewġ anzjani l-Isptar minħabba dħaħen li belgħu kawża ta’ nirien f’residenza fl-Imqabba

Aqra wkoll

Żewġt anzjani kellhom jiddaħħlu l-Isptar wara li għall-ħabta tal-4:45 a.m kienu involuti f’inċident li seħħ f’residenza fi Triq tal-Karmnu fl-Imqabba.

Fuq il-post issejħu minnufih membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.

Raġel ta’ 76 sena u mara ta’ 70 sena, li ftit qabel kienu ġewwa r-residenza, ngħataw l-assistenza minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post sakemm huma setgħu jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba duħħan li kienu belgħu. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja, filwaqt li l-kundizzjoni tar raġel għadha pendenti.

Konsegwenza tal-ħruq, żewġ vetturi li kienu pparkjati quddiem ir-residenza sofrew xi ħsarat.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport