Saturday, December 21, 2024

Żewġ anzjani ta’ 98 u 67 sena jmutu kaġun tal-Covid-19

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li matul il-jum tal-jum mietu żewġ anzjani wara li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 98 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei. 

Fit-tieni każ anzjan ta’ 67 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni; il-ħasil tal-idejn b’mod frekwenti, distanza soċjali u l-użu tal-maskri.

Ekonomija

Sport