Sunday, December 22, 2024

Żewġ barranin jinqabdu b’25 Kilo droga fit-tank tal-petrol mal-wasla minn Sqallija 

Aqra wkoll

Żewġ barranin kienu arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara sejba ta’ 25 kilo sustanza bajda, allegatament droga kokaina, li ppruvaw idaħħlu biex jittraffikaw f’pajjiżna mal-wasla tagħhom minn Sqallija. 

Raġel ta’ 24 sena mill-Moldova u tfajla ta’ 18-il sena mir-Russja ġew arrestati tard ilbieraħ filgħaxija malli niżlu bil-karozza minn fuq il-katamaran mal-wasla f’Malta minn Sqallija. 

Minn tfittxija li saret fil-karozza l-Pulizija kkonfermat l-informazzjoni li kellha. Dan hekk kif moħbija fit-tank tal-petrol instabet is-sustanza li kienet imqassma f’25 pakkett. 

Il-valur fit-triq li kieku d-droga nbigħet hija ta’ madwar €2.2 miljun. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit li fetħet inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport