Sunday, September 29, 2024

Żewġ clubs wara Evan N’Dicka

Aqra wkoll

Arsenal u Juventus qed ifittxu li jiksbu l-firma tad-difensur ta’ Eintracht Frankfurt Evan N’Dicka. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u jilgħab mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena u qed jispikka ħafna bħala difensur ċentrali ma’ dan it-tim Ġermaniż. 

N’Dicka ilu ma’ Eintracht Frankfurt sa mis-sena 2018 fejn skorja disa’ gowls f’114 -il partita.

Kemm il-Gunners kif ukoll i Bianconeri jixtiequ s-servizzi ta’ dan il-plejer minħabba li għadu żgħir u jidħol fil-pjanijiet tattiċi tal-kowċis rispettivi.

Sport