Sunday, December 22, 2024

Żewġ Franċiżi jweġġgħu f’inċident bil-quadbike f’Għawdex

Aqra wkoll

Żewġ nisa sofrew ġrieħi f’inċident li seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-3:30 p.m fi Triq Ta’ Wied il-Mielaħ, fl-Għarb, Għawdex. 

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li Franċiża ta’ 34 sena tilfet il-kontroll tal-quadbike tat-tip Adly li kienet qed issuq. Fuq il-quadbike kien hemm ukoll Franċiża oħra ta’ 26 sena. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-aktar kura. Aktar tard il-mara li kienet qiegħda ssuq ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li l-passiġġiera sofriet minn ġrieħi ħfief. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport