Wednesday, October 9, 2024

Żewġ għawwiema salvati wara li sabu ruħhom f’diffikultà f’għar magħruf bħala Ta’ Marija fil-Ġnejna

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħaxija żewġ għawwiema li kienu qed jgħumu fil-bajja tal-Ġnejna, partikolarment f’għar magħruf bħala Ta’ Marija, ġew salvati. Dan wara li dawn sabu ruħhom f’diffikultà waqt li qed jgħumu.

Kien id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li qal dan permezz ta’ messaġġ fuq Facebook. Intqal li huma rċivew telefonata li kien hemm bżonn l-għajnuna u li fuq il-post marru tliet stazzjonijiet tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta.

Fuq il-post issejħu wkoll numru ta’ pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu, sakemm eventwalment, iż-żewġ għawwiema ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport