Sunday, January 25, 2026

Żewġ ġriewi salvati waqt kontrolli b’rabta ma’ sewqan eċċessiv

Aqra wkoll

Il-Pulizija wettqet roadcheck ta’ rutina fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, b’rabta ma’ sewqan eċċessiv.

Matul dawn il-kontrolli kontinwi li qegħdin isiru anke matul il-lejl, il-Pulizija sabet vetturi jinstaqu b’veloċità eċċessiva, filwaqt li nħarġu numru ta’ kontravenzjonijiet oħra relatati ma’ illegalitajiet differenti.

Fil-ħin li kienu għaddejjin l-ispezzjonijiet, il-Pulizija nnutat żewġ ġriewi jiġru f’nofs it-triq, f’sitwazzjoni li poġġiethom f’periklu. Bl-għajnuna ta’ sewwieq li nzerta għaddej dak il-ħin, il-Pulizija rnexxielha tiġbor il-ġriewi mit-triq.

Membri mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali ġew imsejħa fuq il-post u wara spezzjoni ġie kkonfermat li l-ġriewi ma kinux iċċipjati u għaldaqstant, dawn ġew mgħoddija lill-istess Direttorat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport