Il-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia kkonferma li għaddejjin żewġ inkjesti; waħda interna u oħra Maġisterjali b’rabta man-nirien li żviluppaw ilbieraħ fl-impjant tal-Wasteserv fil-Marsa.
Huwa qal dan waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista David Thake. Il-Ministru Farrugia qal li l-inkjesta Maġisterjali qed titmexxa mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia waqt li l-inkjesta interna qed titmexxa minn Dr Daniel Vella.
Huwa qal ukoll li ladarba dawn jiġu konklużi, se jkun qed jiġi ppubblikat dak kollu li hu meħtieġ. Huwa temm jgħid li wieħed irid jifhem li “Minn dawn l-inkjesti rridu naraw x’seta’ jsir aħjar biex jiġu evitati inċidenti simili fil-futur”.