Saturday, December 21, 2024

Żewġ irġiel arrestati f’Paceville b’rabta ma’ traffikar u pussess ta’ droga

Aqra wkoll

Żewġ irġiel ġew arrestati dan il-lejl f’Paceville b’rabta ma’ pussess u traffikar ta’ droga.

Jirriżulta li wara investigazzjoni u osservazzjoni tal-persuni, il-Pulizija waqqfet lill-irġiel u għamlet tfittxija fuqhom. Minn tfiffxija li saret fuq raġel ta’ 36 sena minn Franza nstab fil-pussess tiegħu sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis.  

Tfittxija oħra saret fuq raġel ta’ 25 sena mill-Gambia fejn instab fil-pussess ta’ diversi pakketti b’sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis f’ċirkostanzi li juru li ma kinux għall-użu esklussiv tiegħu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li r-raġel mill-Gambia mistenni jitressaq il-Qorti għada.

Ekonomija

Sport