Saturday, March 15, 2025

Żewġ irġiel arrestati b’rabta ma’ attentat ta’ serqa 

Aqra wkoll

Azzjoni immedjata mill-Pulizija wasslet sabiex jiġu arrestati żewġt irġiel b’rabta ma’ attentat ta’ serqa. 

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9:15 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kenet qed issir serqa fi Triq il-Buzjett, in-Naxxar, fejn żewġ persuni kienu sgassaw bieb ta’ residenza u daħlu ġewwa. 

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u nnutaw żewġ persuni fl-istess triq li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni li ngħatat. 

Iż-żewġ persuni, raġel ta’ 38 sena residenti Santa Venera u ieħor ta’ 59 sena residenti x-Xagħra, ġew arrestati għal aktar investigazzjonijiet, filwaqt li l-istħarriġ tal-Pulizija, għadu għaddej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport