Raġel ta’ 55 sena u ieħor ta’ 54 sena tressqu l-Qorti akkużati li fil-jiem li għaddew kellhom fil-pussess tagħhom droga sintetika.
Fil-Qorti il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetur Mark Cremona spjegat li fl-4 ta’ Frar għall-ħabta tas-7.30 a.m., il-Pulizija kienu għaddejjin b’operazzjoni hekk kif waslitilhom informazzjon li qed tiġi traffikata xi tip ta’ droga fl-inħawi tal-venda tal-karozzi tal-linja ġewwa l-Belt Valletta.
L-Ispettur Cremona spjega li min-naħa tiegħu talab mandat ta’ arrest fuq tliet persuni u li meta l-Pulizija marru fuq il-post, b’kollox ġew arrestati mal-ħames persuni, fosthom iż-żewġ akkużati, Richard Borg u Robert Spiteri.
Minn tfittxija illi saret fuqhom, irriżulta li kellhom mal-44 pakkett tad-droga sintetika. Ingħad li reġgħet saret ukoll tfittxija fuqhom ġewwa l-lock up, fejn irriżulta li kienu qed iġorru iktar pakketti ta’ droga.
Fil-Qorti, Borg u Spiterii wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom, bid-Difiża mmexxija mill-Avukat Martina Herrera u l-avukat tal-għajnuna legali Silvan Puliis ma taggħmel ebda talba għall-ħelsien mill-arrest. Kien għalhekk li l-Qorti ordnat li ż-żewġ akkużati jinżammu arrestati