Kien għall-ħabta tal-4.50pm meta l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ġew informati li fi Triq il-Ħanaq in-Nadur kien hemm karozza li kienet qiegħda ħuġġieġa nar.
B’azzjoni mmedjat mill-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, in-nirien ġew ikkontrollati.
Ftit tal-ħin wara daħlet sejħa oħra li fi Triq l-Imġarr kien hemm karozza oħra li ħadet in-nar. L-istess uffiċjali marru fuq il-post u mill-ewwel ikkontrollaw in-nirien.
F’dan il-żewġ każi ħadd ma weġġa’.



