Minn 1,374 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa riżultaw żewġ każi pożittivi. Dan jirriżulta mill-informazzjoni uffiċjali ppublikata mill-Ministeru għas-Saħħa.
Intant matul l-istess perjodu kien hemm 11-il persuna li rkupraw mill-virus, biex in-numru ta’ każi attivi kompla jonqos għal 84. Intant s’issa kien hemm 525 persuna li rkupraw mill-Covid-19.