Minn total ta’ 1016 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna rriżultaw żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19. Dawn iż-żewġ każijiet huma t-tnejn sporadiċi u mill-informazzjoni li ħarġu l-awtoritajiet tas-saħħa waħda mill-persuna kellha s-sintomi filwaqt li l-persuna l-oħra ma wrietx sintomi.
Intant fl-aħħar 24 siegħa fieqet persuna oħra biex b’hekk it-total ta’ każijiet attivi huma ta’ ħamsa. Mill-bidu tal-pandemija kien hawn total ta’ 679 persuni li kienu pożittivi għall-virus filwaqt li 665 persuni li fiequ.
https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/184420543276497