Saturday, October 26, 2024

Żewġ logħbiet għall-coach Graham Potter biex isalva l-pożizzjoni tiegħu ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Minkejja li l-bord ta’ Chelsea jinsab wara l-coach Graham Potter, ir-realtá  hija li din hija ġimgħa kruċjali għall-futur tiegħu hekk kif il-Pensioners se jaffrontaw lil Leeds United fil-Premier League u lil Borussia Dortmund fil-UEFA Champions League. 

Għal dawn iż-żewġ logħbiet, is-sid Todd Boehly u l-koproprjetarju, Behdad Ehbali, se jkun preżenti.

Il-pressjoni tinsab kollha fuq is- suċċessur tal-Ġermaniż, Thomas Thucel,  minħabba li ma kienx kapaċi jibni team b’saħħu minkejja li ngħata l-akkwisti kollha neċessarji f’kull dipartiment b’nefqa ta’ aktar minn £300 miljun. 

Bħalissa Chelsea jinsabu fl-10 post tal-klassifika tal-Premier League u jinsabu wkoll 14-il punt bogħod mill-kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. Dan minbarra li jinsabu wkoll 10 punti fuq iż-żona tar-re­legazzjoni meta fadal 14-il partita x’jintlagħbu. 

Il-fatt li se jattendi Ehbali xejn ma hija aħbar tajba għal Potter hekk kif rapporti qed isostnu li teżisti possibbiltá kbira li l-coach se jitkeċċa mill- kariga tiegħu fil-futur qrib. 

Chelsea ġejjin minn telfa ta’ 2-0 kontra Tottenham Hotspur fejn saħansitra bosta players qed jilmentaw li mhu­miex jifhmu t-tattiċi ta’ Potter bil-konsegwenza li qed ikunu diżorjentati fil-pożizzjoni tagħhom. 

Barra minn hekk kulħadd jinsab bil-punt ta’ interrogattiv x’inhi r-ra­ġuni li Potter qed iħalli ħafna mill-akkwisti l-ġodda fuq il-bank tas-sostituti jew ma jkunux imsejħin. 

Sport