Investigazzjoni estensiva ta’ frodi online li saret mid-Dipartiment tal-investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji tal-Pulizija ta’ Malta wasslet biex fit-2 ta’ Frar ġew arrestati mara ta’ 25 sena u raġel ta’ 82 sena. Il-mara hija s-suspettata prinċipali lokali li kienet qed topera lokalment skema ta’ frodi online, li permezz tagħha allegatament kienet qed timpersona bank lokali.
Sal-lum, il-Pulizija identifikat madwar 200 vittma, li kollettivament sofrew telf li jammonta għal €1 miljun. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rabtu lil din il-mara ma’ network kriminali internazzjonali b’ rabtiet malIrlanda u r-Renju Unit. B’koordinazzjoni mal-Europol u l-awtoritajiet Irlandiżi u tar-Renju Unit, saret operazzjoni simultanja fit-2 ta’ Frar 2026.
Waqt din l-operazzjoni, il-Pulizija ta’ Malta ssekwestrat mat-€8,000 fi flus kontanti minn residenza f’Raħal Ġdid, filwaqt li tfittxija oħra fil-Qrendi rriżultat fis-sekwestru ta’ diversi mowbajls u apparat elettroniku. Fl-istess ġurnata, saru tfittxijiet mill-Garda Irlandiża li wasslu għas-sekwestru ta’ aktar mowbajls u apparat elettroniku. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

