Wednesday, September 3, 2025

Żewġ Maltin imutu f’inċident tat-traffiku fi Sqallija

Aqra wkoll

Rapporti fil-midja Taljana qalu li ż-żewġ Maltin koppja anzjana kienu qed jivvjaġġaw fit-triq prinċipali li tinsab bejn il-belt ta’ Katanja u l-belt ta’ Ragusa.

Għal xi raġuni, il-vettura kellha impatt ma’ trakk li jġorr l-iskart fuq il-kareġġjata opposta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm. Qed ikun irrapportat li karozza kienet bi pjanċi Maltin.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, permezz tas-Servizzi Konsulari tiegħu u l-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma, jinsab f’kuntatt mal-familja taż-żewġ vittmi, u qed joffri l-appoġġ kollu meħtieġ f’dan il-mument daqstant diffiċli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport