Żewġ membri parlamentari rġiel li jiffurmaw parti mill-Partit Konservattiv Tory, qed jiġu akkużati li raw materjal pornografiku fuq il-mowbajl tagħhom waqt li kienu fil-Parlament Ingliż — il-House of Commons. Wieħed minnhom huwa rrappurtat li segwa dan il-materjal waqt li kien bilqiegħda maġenb membru parlamentari mara.
Madwar 12-il membru parlamentari nisa lbieraħ sabu l-kuraġġ biex jirrakkuntaw episodji ta’ fastidji li rċivew mingħand il-kollegi parlamentari tagħhom. L-eks Prim Ministru Theresa May tat ħarsa ta’ qilla kbira meta semgħet dan.
S’issa hemm madwar 56 membru parlamentari li qed jaffaċċjaw dawn l-allegazzjonijiet li miġjuba kontrihom mill-membri nisa.
Fi stqarrija li ngħatat illum mill-Whip tal-Partit Konservattiv, Chris Heaton-Harris, huwa qal li qed jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet rigward membri tal-Partit Tory li bdew jaraw materjal pornografiku u saħaq li “Dan l-atteġġjament huwa inaċċettabbli u se jittieħdu passi dwar dan”.