Wednesday, December 25, 2024

Żewġ membri ta’ grupp mużikali jsofru ġrieħi f’kunċert wara li screen kbir waqa’ fuqhom

Aqra wkoll

Żewġ żeffiena sofrew ġr­ie­ħi waqt kunċert mużikali ġewwa Hong Kong hekk kif screen kbir waqa’ fuq il-palk hekk kif kien għaddej l-ispettakklu tal-band Mirror.

Dan il-kunċert ġie mwaq­qaf immedjatament u l-mani­ġer tal-band talab lill-pubbliku biex joħroġ mill-arena bil-kalma. 

Min-naħa tagħhom, il-pulizija ta’ Hong Kong ikkonfermaw ir-rapporti tal-midja li żewġ żeffiena, it-tnejn irġiel, iddaħħlu l-isptar għall-kura. Sorsi li tkellmu mal-midja qalu li wieħed miż-żeffiena sofra ksur f’għonqu u jinsab f’kundizzjoni serja fit-taqsima tal-kura intervisa filwaqt li ż-żeffien l-ieħor jinsab stabbli. Apparti hekk, għadd ta’ spettaturi ta’ dan il-kunċert kellhom jingħataw kura minħabba l-qatgħa li ħadu.

Il-grupp Mirror – li huwa boy band – huwa popolari ħafna ġewwa Hong Kong u huwa meqjus bħala dak il-grupp li reġa’ ta l-ħajja lill-Cantopop li hija mużika pop tipika ta’ Hong Kong. 

Ekonomija

Sport