Sunday, April 6, 2025

Żewġ MPs Ingliżi ma jitħallewx jidħlu Iżrael

Aqra wkoll

Abtisam Mohamed u Yuan Yang żewġ Membri Parlamentari Ingliżi ma tħallewx jidħlu Iżrael wara li pprovajmorru fix-Xatt tal-Punent.

Fi stqarrija qalu li Iżrael ċaħħad Membri Parlamentari milli jaqdu d-dmirijiet tagħhom biex jidħlu fl-art okkupata biex jaraw dak li hu għaddej.

Uffiċjali tal-Gvern Iżraelit qalu li huma ma tħallewx jidħlu għal l-iskop tagħhom kien li jxerdu l-mibegħda u aħbarijiet foloz dwar Iżrael.

Is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Ingliż David Lammy kkritika d-deċiżjoni ta’ Iżrael u qal li dak li ġara hu ta’ tħassib serju ħafna. Hu qal li dawn kienu jagħmlu parti minn delegazzjoni tal-Gvern Ingliż.

Il-Membri Parlamentari telqu mill-ajruport ta’ Luton f’Londra nhar is-Sibt li għadda u kellhom jaslu Iżrael biex b’hekk imorru fix-Xatt tal-Punent. Magħhom kien hemm żewġ persuni oħrajn li wkoll ma tħallewx jidħlu.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Iżraelit Moshe Arbel qal li l-erba’ passiġġieri ma tħallewx jidħlu wara li ġew mistoqsija dwar x’kienet l-intenzjoni tagħhom li jmorru lejn ix-Xatt tal-Punent. Iżrael qal li l-Gvern ma kienx informat li kellha tasal delegazzjoni mir-Renju Unit u għalhekk kellu kull dritt li jwaqqafhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport