Sunday, November 24, 2024

Żewġ Niġerjani mixlija li darbu lil xulxin b’mod gravi wara argument fil-Qawra

Aqra wkoll

Żewġ Niġerjani nżammu taħt arrest preventiv wara li ġew mixlija li weġġgħu gravi lil xulxin waqt ġlieda fil-Qawra. L-inċident, li fih jidher li ntuża flixkun imkisser, seħħ il-Ħadd li għadda, għall-ħabta tas-6.40 p.m., fi Triq Annetto Caruana.

Ritratti li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali wrew wieħed mill-akkużati mixħut mal-art f’għadira demm maġenb karozza li kienet ukoll mċappsa bid-dmija. Wara l-ġlieda, iż-żewġt irġiel ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura.

Desmond Sylvester ta’ 24 sena u Stanley Ebende ta’ 27 sena tressqu lbieraħ quddiem il-Maġistrat Abigail Critien fejn wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom.

Ritratti: Talk.mt

Iż-żewġt irġiel kienu mixlija li kkaġunaw ġrieħi gravi f’idejn u wiċċ xulxin, li kkawżaw ħsara fi proprjetà ta’ ħaddieħor, li insulentaw lil xulxin kif ukoll li kisru l-paċi pubblika b’għajjat u ġlied.

Huma baqgħu jinżammu arrestati wara li kellhom it-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda mill-Qorti.

L-Avukat Mattia Felice deher għal Ebende filwaqt li l-Avukat Martin Fenech deher għal Sylvester.

09:10 a.m. In-Niġerjan li ħebb għal ieħor fil-Qawra għall-Qorti fil-ħin li ġej

In-Niġerjan involut fl-argument li seħħ il-Ħadd filgħaxija se jkun qiegħed jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-10:00 a.m, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Abigail Critien LL.D.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:45 p.m fi Triq Annetto Caruana fil-Qawra meta l-allegat aggressur ħebb għal Niġerjan ieħor bi flixkun.

Il-vittma ngħata l-ewwel assistenza fuq il-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard irriżulta li sofra ġrieħi gravi.

Sport