Thursday, December 26, 2024

Żewġ nisa arrestati fl-ajruport wara li nstabu fil-pussess ta’ 4 kg kokaina

Aqra wkoll

F’ħidma konġunta bejn il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, il-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u d-Dipartiment tad-Dwana, ġew arrestati żewġ nisa mill-Veneżwela wara li fil-pussess tagħhom instabu madwar erba’ kilogrammi droga suspettata kokaina. 

Iż-żewġ nisa, li għandhom 18 u 29 sena, twaqqfu mill-uffiċjali tad-Dwana kif waslu f’Malta t-Tlieta b’titjira minn Madrid, Spanja wara li qam suspett li qegħdin iġorru fuqhom sustanza illegali. Minħabba li ma kinux qegħdin jikkoperaw, intalbet l-assistenza tal-Pulizija tal-Ajruport u s-suspett fihom kiber hekk kif kelb tad-Dwana beda jindika xi ħaġa suspettuża. 

Huma ġew arrestati, bil-Pulizija tagħmel tfittxija fuqhom fejn fil-pussess tagħhom instabet id-droga kokaina, b’valur fit-triq ta’ madwar €400,000.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke LL.D ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga għadhom għaddejjn filwaqt li ż-żewġ nisa mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Ekonomija

Sport