Wednesday, December 25, 2024

Żewġ nisa jispiċċaw l-Isptar wara li jaħbtu f’ħajt u jaqgħu f’għalqa f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Żewġ nisa kellhom jittieħdu għall-kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li ħabtu f’ħajt u sussegwentement waqgħu f’għalqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.00 p.m. fi Triq il-Qala, f’Għajnsielem.

L-ewwel indikazzjonijiet tal-Pulizija juru li mara ta’ 23 sena residenti l-Belt Valletta, kienet qed issuq il-vettur tat-tip Mazda Demio, meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura. Flimkien magħha kien hemm mara oħra ta’ 22 sena residenti l-Gżira.

Il-kundizzjoni medika tagħhom għadha mhijiex magħrufa.

Ekonomija

Sport