Sunday, May 19, 2024

Żewġ persuni arrestati b’rabta ma’ serq minn vetturi pparkjati

Aqra wkoll

Żewġ persuni, raġel u mara ta’ 47 sena, qed jinżammu arrestati wara li matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, allegatament kienu qegħdin jisirqu minn vettura pparkjata.

Kienu għall-ħabta tat-3:15 a.m., xħin il-Pulizja kienet infurmata li hemm żewġ persuni suspettużi jduru mal-karozzi fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ. Il-Pulizija mill- ewwel ħadet azzjoni u malli waslu fuq il-post, sabu żewġ persuni li jaqblu mad-deskrizzjoni li ngħataw, qrib vettura li kienet miftuħa u bir-radio maqlugħ minn ġo fiha.

Malli indunaw bil-preżenza tal-Pulizija, iż-żewġ peruni ppruvaw jitilqu minn fuq il-post, iżda ġew arrestati minnufih. Minn tfittxija li saret fuqhom, instabu diversi affarijiet suspettużi, fosthom torċ u mwies, filwaqt li qalb xi ħaxix fil-viċinanzi, il-Pulizija sabet radio, nuċċalijiet u chargers, fost oħrajn.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li allegatament dawn iż-żewġ persuni wettqu serqiet simili fl-aħħar t’April u fil-bidu ta’ Mejju.

Huma qegħdin jinżammu arrestati fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana u mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tas-1:00 p.m., quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras.

Sport