Il-Pulizija fi stqarrija qalu li kien arrestaw żewġ persuni b’rabta mal-allegat argument li seħħ ilbieraħ f’Marsaskala
Investigazzjonijiet intensivi wasslu sabiex il-Pulizija fi ftit sigħat tarresta liż-żewġt irġiel li allegatament kienu involuti f’argument li seħħ ilbieraħ filgħaxija ġewwa Triq is-Sikka, Marsaskala.
Wieħed mill-irġiel ġie arrestat matul il-lejl li għadda ġewwa il-Mosta, filwaqt li t-tieni persuna ġie arrestat llum waranofsinhar f’San Ġwann.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija flimkien mal-inkjesta maġisterjali għadom għaddejjin.