Monday, November 4, 2024

Żewġ persuni bi ġrieħi gravi f’inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Għall-ħabta 8.00pm tal-bieraħ, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ħal-Luqa, Raħal Ġdid.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Peugeot Tweet, misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti Ta’ Xbiex u Toyota Hilux, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5.00am, Spanjol ta’ 17-il sena sofra ġrieħi gravi waqt li kien qed isuq e-kick scooter, fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan u kellu impatt ma’ Toyota Platz misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti n-Naxxar.

Il-ġuvni ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar permezz t’ambulanza.

Sport