Sewwieq ta’ mutur u passiġġier sofrew ġrieħi serji wara li għall-ħabta tal-4:30 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Balal f’San Ġwann.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel min-Nepal u raġel ieħor li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufasofrew ġrieħi wara li ħabtu ma’ roundabout.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli li ħatret inkjetsa, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.