Żewġ persuni spiċċaw iddaħlu l-Isptar Ġenerali f’Għawdex wara li llejla kien hemm xi ġlied f’Għawdex.
Sorsi qrib dan is-sit qalulna li aktar kmieni llejla seħħet ġlieda fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat u fiha persuna sfat midruba tant li kellha tidaħħal l-Isptar.
L-istess grupp ta’ nies, li huma kollha ta’ nazzjonalità barranija niżlu għall-vapur tal-Gozo Channel u hemm baqgħu jiġġieldu tant li wieħed minnhom spiċċa b’xi ġrieħi.
Il-kundizzjoni tal-żewġt irġiel s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-Pulizija mid-distrett ta’ Għawdex qegħdin jinvestigaw il-każ.
Jidher li anke l-istess pulizija qegħdin iżommu xi persuni biex jgħinu fl-investigazzjoni.