Saturday, November 23, 2024

Żewġ persuni jaħarbu mill-post wara li darbu ieħor u ħallewh ferut fl-Imsida

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel indarab wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex fl-Imsida.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fil-post, fejn sabu persuna mal-art feruta. Immedjatament intalbet l-assistenza ta’ tim mediku li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġ irġiel li l-identita’ tagħhom għadha mhijiex magħrufa, weġġgħu lill-vittma, li huwa raġel ta’ 29 sena mill-Eritrea residenti l-Imsida, b’oġġett bil-ponta u wara ħarbu minn fuq il-post. Iktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxijiet għall-aggressuri waqt li għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħha.

Sport