Żewġ persuni kellhom jiddaħħlu l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6.15 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Ħal Far f’Birżebbuġa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Aygo X misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti s-Siġġiewi u vann Ford Transit misjuq minn Grieg ta’ 22 sena residenti Wied il-Għajn. Passiġġiera fit-Toyota kien hemm ukoll mara ta’ 56 sena residenti l-Birgu.
Iż-żewġ nisa ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard, il-passiġġiera ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief filwaqt li l-oħra qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.