Sunday, August 17, 2025

Żewġ persuni jinqabdu bil-ħarpun mir-Rangers

Aqra wkoll

Il-Malta Sea Ranger Unit qalu li matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd kienu żammew żewġ persuni li kienu qegħdin bil-ħarpun matul il-lejl u għalhekk din hija xi ħaġa illegali.

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, ir-Rangers qalu li kienu rċivew rapport li kien hemm żewġ persuni bil-ħarpun u anke b’xi dawl f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Jgħidu li huma marru fuq is-sit u mill-ewwel bdew jaraw fejn jinsabu dawn il-persuni filwaqt li nformaw lill-aworitajiet konċernati.

Uffiċjali tal-ERA u anke membri tar-Rangers stennew lil dawn il-persuni jitilgħu lura fuq l-art fejn itteħdilhom il-ħarpun, id-dawl li kellhom u anke l-ħut li kienu qabdu.

Huma se jkunu qegħdin jingħataw multa u jekk ma titħallax allura il-każ jitressaq quddiem il-qorti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport